Illejla fis-19.30, il-kantant popolari Ivan Grech ser ikun qed jagħti nofs siegħa ta’ spettaklu mużikali fix-xatt tal-Kalkara… fuq double decker. Eżattament wara, għall-ħabta tat-20.30, l-ispettalu ser ikompli fl-Isla.
Din hija inizjattiva li qed narawha ssir f’diversi lokalitajiet b’kollaborazzjoni ħelwa bejn il-kunsilli lokali u Festivals Malta bl-isem ta’ Hybrid Festival.
Prosit ta’ din l-inizjattiva! Igawdi kulħadd u nitpaxxew bit-talent Malti.
Ritratt: facebook/ Wayne Aquilina