Illejla R-Residenti Ta' Big Brother Malta Sa Jinnominaw Lil Min Jixtiequ Li Jitkeċċa Mid-Dar

Illejla r-residenti ta’ Big Brother Malta mistennija jinnominaw lil min jixtiequ li jitkeċċa mid-dar.

Dan tħabbar fuq il-mezzi soċjali mit-tim tal-produzzjoni li ġabu wkoll filmat tal-parteċipanta Erika li tidher ikkonfonduta mhux ħażin tagħżel lil min sa tkun qed tinnomina.





Din id-darba, l-parteċipanta Raisa sa tkun protetta mill-eliminazzjoni ladarba ftit jiem ilu ġiet maħtura bħala l-Head of House wara l-isfidi li kien hemm.



Il-parteċipanti kollha sa jkunu mitluba jinnominaw żewġ persuni li jixtiequ li jiġu mkeċċija mid-dar, biss fl-aħħar mill-aħħar huwa biss parteċipant wieħed li jkollu l-iżjed nominazzjonijiet li sa jkun qed jiġi mkeċċi mid-dar.

Huwa mifhum li nhar il-Ħadd sa tkun qed titnieda edizzjoni speċjali magħrufa bħala ‘eviction night’ fejn sa jiġi mħabbar min sa jkun qed jitkeċċa.

Intom min taħsbu li sa jiġi eliminat dil-ġimgħa?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI