Hemm ħafna stennija għalX Factor Malta it-tielet staġun, kulħadd għandu kurżità partikolari! Min jistgħu jkunu l-ġurija?! S’issa fl-ewwel żewġ staġuni ta’ X Factor Malta rajna lil Ray, Ira, Alexandra u Howard.
Fuq il-paġna uffiċjali ta’ X Factor Malta ġie ppubblikat filmat bi ħjiel żgħar tal-erba’ membri tal-ġurija li ser ikun hemm f’Ottubru li ġej. Hemm miktub li llejla ser ikunu qed jitħabbru b’mod uffiċjali.
Bħas-soltu għal programm ta’ spettaklu l-publiku jibda jsemmi dawk li jkun jixtieq bħala ġurija u minnufih ħafna bdew isemmu l-ismijiet! Min taħseb li ħa naraw fuq il-panel tal-ġurija?