Illum 88 Rekluta Ġodda Se Jingħaqdu Mal-Forzi Armati Ta’ Malta

AFM New 88

Tassew għandna nkunu grati lejn l-uffiċjali kollha tas-salvataġġ, inkluż l-AFM, il-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn l-eroj, għax m’hemmx kelma oħra, jkunu fuq quddiem, fl-akbar perikli, biex isalvaw tant ħajjiet.

Il-familja tal-AFM wasal iż-żmien li tkompli tikber ukoll. Aktar individwi se jiffurmaw parti mis-servizz militari, u jħaddnu l-valuri ta’ dixxiplina, responsabbiltà u qadi lejn il-pajjiż.

Il-paġna Is-Servizz Pubbliku tikteb, “Illum uffiċjalment jibda reklutaġġ ieħor. 88 rekluta ġodda se jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta.”

Nawgurawlhom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI