“Illum Dun Gwakkin Kien Jagħlaq 96 Sena” – Kanonku Dun Joachim Schembri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Kanonku Dun Joachim Schembri sellem il-memorja ta’ Dun Ġwakkin fejn li kieku għadu magħna, kien jagħlaq 96 sena!

Hu qal, “Illum Dun Gwakkin kien jagħlaq 96 sena! F’dawn ir-ritratti jidher ma’ wħud minn ħutu fosthom ħuh Dun Francis Xavier Schembri MSSP u oħtu Sr Cecilia Schembri SJA, li bħalissa tgħix ir-Rabat. Din kienet l-aħħar darba li huwa ċċelebra l-anniversarju saċerdotali tiegħu (17-III-1956) u jum għeluq sninu (25-III-1930), qabel miet nhar l-1 ta’ Novembru 2006.

Temm jgħid, “Fir-ritratt jidher ukoll l-eks arċipriet Kan. Anton Cassar li kien qaddes quddiesa fid-dar tal-kleru u ħa miegħu relikwarju bir-relikwa ta’ San Ġorġ.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI