“Illum Ejjew Nieqfu Mument U Niftakru F’dak Li Jgħaddu Minnu L-Uffiċjali Tagħna Ta’ Kuljum” – Is-Servizz Pubbliku

Għalkemm ħafna minna kellna ċ-ċans li naħdmu mid-dar, bosta oħrajn kellhom joħorġu minn djarhom f’dan it-temp minħabba x-xogħol. Fosthom insibu l-uffiċjali tas-servizz pubbliku, li f’dawn il-jiem kellhom ħidma bla waqfien. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Is-Servizz Pubbliku tkellmu dwar dan.

Huma qalu, “Grazzi kbira. Kburin bikom! Forsi s-soltu nkunu minn tal-ewwel li ngergru dwar xi sitwazzjoni li ma togħġobniex, iżda illum ejjew nieqfu mument u niftakru f’dak li jgħaddu minnu l-uffiċjali tagħna ta’ kuljum. Dejjem għal-lest. Is-sagrifiċċju, il-pressjoni u d-dedikazzjoni tagħhom ħafna drabi ma jidhrux, iżda huma reali u kontinwi. Nirringrazzjawkom u napprezzawkom. Kburin bikom dejjem.”

Grazzi u prosit kbira!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI