“Illum Għaddejt Minn Esperjenza Li Verament Ħalliet Impatt Fuqi… Dak Il-Mument Kont Bla Kliem” – Josette Busuttil

Il-viċi sindku, Josette Busuttil, fetħet qalbha fuq il-paġna tagħha dwar kelmtejn xejn sbieħ li riċentament irċeviet.

Hi spjegat, “Jiena, normalment, ma nagħtix każ ta’ kummenti jew reazzjonijiet negattivi. Imma llum għaddejt minn esperjenza li verament ħalliet impatt fuqi. Meta ċempilt u introduċejt ruħi b’mod edukat, il-persuna li weġbitni qaltli!”

“Issa qed nagħrfek… int mhux Josette, dik il-ħoxna ta’ fuq it-televixin?”

Josette tisħaq, “Dak il-mument kont bla kliem. Dak il-kliem, li għal xi ħadd jista’ jidher żgħir jew ċajta, għal ħaddieħor jista’ jkun daqqa iebsa li tħalli marka. Qed ngħixu fi żmien fejn il-kelma tiġri fuq il-mezzi soċjali. Imma l-effett tagħha jibqa’. Kliem li jinkiteb jew jingħad mingħajr ħsieb jista’ jweġġa’, iċekken u jkissrek minn ġewwa.  Qabel ma tikteb, qabel ma titkellem – aħseb. Għax ħafna weġgħat u konflitti jibdew minn kelma li ma tkunx maħsuba. Kliemek għandu piż.”





Temmet billi qalet, “Għażel li tferraħ, mhux li tweġġa’.”

Facebook / Josette Busuttil



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI