Illum Għandhom L-Anniversarju Christine U Francesco

Christine Haber m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni, preżentatriċi u attriċi lokali u hija t-tifla ta’ Eileen Montesin. Christine sentejn ilu ingħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ ma’ Francesco Catania u kemm-il darba rajnieh f’xi teleserje fuq it-televixin.

Filmat: Shutter Speed

Peress li t-tieġ ilu sentejn biss, għadu frisk fil-memorja ta’ ħafna. Numru ta’ personalitajiet kienu mistiedna t-tieġ ta’ din il-koppja u mill-filmat li kienu tellgħu l-koppja, jidher li kellhom ġurnata tassew speċjali mal-għeżież tagħhom.

F’isem Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil din il-koppja f’dan l-anniversarju u nawgurawlhom aktar u aktar snin feliċi fil-ħajja miżżewġa u aktar suċċessi fil-karriera tagħhom. Awguri.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI