Il-paġna St Julian’s Malta fakkret l-anniversarju tal-inawgurazzjoni tal-monument tal-imħabba.
Fuq il-paġna spjegaw, “Awguri f’għeluq snin il-monument ‘LOVE’ fi Spinola Bay. Fit-tlieta t’April 2003, dan il-monument ġie inawgurat mill-Ministru Francis Zammit Dimech u kien iddiżinjat mill-perit Richard England. Dik is-sena rebaħ premju mill-akkademija internazzjonali tal-Arkitettura.”
Żiedu jgħidu, “Ma’ l-ewwel daqqa t’għajn jista’ jkun hemm naqra konfużjoni għalfejn il-kelma ġiet miktuba rasha ‘l isfel u minn wara ‘l quddiem. Il-logħba hi li taqra s-sinjal mir-riflessjoni tiegħu fil-baħar. Din taħdem biss meta l-baħar ikun kalm biżżejjed biex isir mera.”
L-għan ta’ dan il-monument hu li jfakkarna li biex napprezzaw l-imħabba u s-sbuħija rridu nsibu mument ta’ kalma.
Facebook / St. Julian’s Malta