Illum Ġurnata Speċjali Għall-Kalkariżi Kollha – Ara X’Qal Is-Sindku Wayne Aquilina

Illum hi ġurnata speċjali għall-Kalkariżi kollha, propju propju għax hi l-ġurnata tal-festa ta’ San Ġużepp. Għalkemm il-festa ma tistax tiġi ċċelebrata kif suppost, xorta seħħew ċertu tradizzjonijiet.

Ilbieraħ, is-Sindku Wayne Aquilina ppreżenta kuruna tal-fjuri lill-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, u qal: “Tradizzjoni oħra lejliet il-festa tal-Kalkara li għalkemm din is-sena kemmxejn differenti, kburi li nżommha.”







Apparti minn hekk, hu awgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha u għen biex tittella’ l-bandiera fuq il-mina tal-kalkara. “Ħadra, lewn raħalna…tperper bi kburija fid-daħla ewlenija ta’ dan il-villaġġ sabiħ f’jum il-festa ta’ Ġużeppi,” qal is-Sur Aquilina.

Nittamaw li llum il-Kalkariżi jiċċelebraw kemm jifilħu!

Facebook/Wayne Aquilina – Sindku tal-Kalkara

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI