Jidher li l-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna mill-ġdid qed iqarrbu lejn il-200 każ. Dalgħodu fuq il-profil personali tagħha, iz-zija TT qalet, “illum ħbieb tiegħi ġurnata oħra b’numri għoljin aktar mill-bieraħ.” Ftit tal-minuti qabel kienet ikkonfermat li hemm madwar 190 każ pożittiv.
L-istess kliem qalu Gerald Fenech, fejn qal li hemm madwar 191 test pożittiv. Hu kompla żied li fosthom hemm ukoll ir-rapid test u dawk li reġgħu għamlu t-test waqt li kienu pożittivi. Jidher li n-numri għoljin baqgħu jippersistu.
Tajjeb li nistennew in-numri uffiċjali li joħorġu fuq il-paġna Saħħa fin-12:30. Wieħed jittama li jkun hemm ammont sabiħ ta’ persuni li rkupraw. Il-virus għadu magħna u hemm bżonn li nieħdu ħsieb saħħitna u s-saħħa ta’ dawk ta’ madwarna.