Fuq il-paġna uffiċjali Kate: Writing My Story spiss insegwu xi aġġornament mill-ħajja ta’ Kate. Ilbieraħ Kate qasmet aħbar diffiċli li rċeviet wara appuntament ortopediku.
Dan hekk kif l-operazzjoni li kienet saret fuq in-naħa tal-lemin ma rnexxietx kif kien mistenni. Minkejja kollox hi ser tkompli tiġġieled, u tant hu hekk li llum irritornat l-iskola, xi ħaġa li tfisser ħafna għaliha.
“Illum hi l-ewwel ġurnata tiegħi tal-iskola għal din is-sena skolastika u se nibdieha bi tbissima, anke jekk qalbi nħossha xi ftit tqila. Ninsab ħerqana li nara lil sħabi u nħaddan bidu ġdid. Il-ġurnata t-tajba lil kulħadd.”
Kuraġġ u ibqa’ determinata għażiża Kate! Aħna lkoll warajk!
Facebook/ Kate: Writing My Story