Illum Hi L-Festa Ta’ San Girgor – Int Iżżomm Mat-Tradizzjoni Li Tinżel Tgħum?

Għum

Il-festa ta’ San Girgor hija waħda mit-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali f’Malta li ilhom minn snin jiġu ċċelebrati. Jiċċelebrawha b’mod speċjali fil-lokalità taż-Żejtun.

Din il-festa hija marbuta ma’ purċissjoni storika li ssir wara l-Għid, li tgħaddi minn diversi knejjes sal-knisja ta’ San Girgor. Purċissjoni li tissimbolizza dawn it-tlieta; fidi, penitenza u għaqda komunitarja.

Matul din il-ġurnata, wieħed jista’ josserva taħlita sabiħa ta’ devozzjoni reliġjuża u tradizzjonijiet folkloristiċi.

Il-paġna Is-Servizz Pubbliku fakkret f’waħda mit-tradizzjonijiet relatati mal-festa; l-għum. “Illum niċċelebraw San Girgor! Int iżżomm mat-tradizzjoni u tinżel tgħum?”

Għidulna fil-kummenti!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI