“Illum Hu Għeluq Snin L-Eroj Tiegħi.” – Il-Ministru Miriam Dalli B’Erba’ Kelmiet Mill-Qalb F’Għeluq Snin Missierha

Il-Ministru Miriam Dalli, tiċċelebra għeluq snin missierha. Hi taqsam ritratt ħelu miegħu flimkien ma’ post qasira u mill-qalb. Raġel li jfisser ħafna għaliha u grazzi għalih kompliet timxi ‘l quddiem.



Hi tikteb, “Illum hu l-għeluq snin l-eroj tiegħi. Missieri. Dejjem kien il-blata u l-ispirazzjoni tagħna. Hu għenna nifhmu li l-irġiel u n-nisa huma ndaqs u li jaqsmu r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet bejniethom. Inħossni kburi kull darba li niltaqa’ ma’ nies u jgħiduli li jafuh, jew permezz tax-xogħol jew għax kienu studenti tiegħu. Pa, illum se niċċelebraw lilek bl-imħabba.”



F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil missierha l-isbaħ xewqat. Nawgurawlu jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu, flimkien ma’ sena mimlija saħħa, hena u paċi. Awguri!



Ritratti:

Facebook / Miriam Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI