Illum huwa għeluq snin il-preżentattriċi Antonella Vassallo. Hi twieldet fit-2 ta’ Novembru tal-1966 u b’hekk illum hi għalqet 58 sena (mhux għax tidhirhom!).
Ħafna jafu lil Antonella mid-diversi programmi interessanti li kellha fuq it-TV tul iż-żmien. Antonella kienet tieħu ħsieb ukoll il-festival Sanremo Junior Malta u kif ukoll ħadet sehem f’xi serje televiżivi Maltin.
Aħna f’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Antonella f’dan il-jum speċjali.
Facebook/Antonella Vassallo