Illum Huwa Għeluq Snin James Ryder!

Illum huwa għeluq snin James Ryder, komiku maħbub minn ħafna. James twieled fil-21 ta’ Settembru tal-1992 u b’hekk illum hu għalaq 32 sena.

James Ryder hu magħruf għall-kontenut tad-daħk u ferrieħi fuq TikTok, Late Night Show u kif ukoll kontenut mal-grupp The Boys. Hu jagħmel ukoll diversi stand-up comedy shows u produzzjonijiet teatrali.

Ftit xhur ilu, James issorprenda lil kulħadd meta kkontesta fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju li għadda, u mar pjuttost tajjeb għall-ewwel darba.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil James f’dan il-jum speċjali!

Facebook/James Ryder







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI