Illum huwa għeluq snin Angele Galea, attriċi u preżentatriċi maħbuba ħafna. Hi twieldet fit-28 ta’ Diċembru tal-1975 u b’hekk din is-sena hi għalqet 48 sena.
Angele tippreżenta programm tar-radju u rajnieha ukoll f;diversi rwoli fuq it-televizjoni. Angele hija wkoll direttriċi artistika, għalliema tal-istorja u t-teknika tal-arti, il-pjanu u anke t-teorija tal-mużika.
Barra minn hekk, Angele hija wkol attivista tad-drittijiet tan-nisa u kif ukoll ambjentali.
Hi hija miżżewġa lil Malcolm Galea u flimkien għandhom żewġt itfal.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Angele f’din il-ġurnata speċjali.
Facebook/Angele Galea