Illum huwa għeluq snin il-kittieb Gerard James Borg. Filwaqt li nifirħulu f’dan il-jum speċjali, Gerard jidher li għandu xi ħaġa ppjanata sabiex jaqsam magħna.
F’post li tell fuq il-Facebook tiegħu bit-titlu ‘Breaking News’ hu qal li dik mhix miktuba għal għeluq sninu iżda “l-iżvelar tal-ktieb il-ġdid tiegħi fid-19 ta’ Settembru.” Fil-post hu tella’ wkoll ritratt maqtugħ li jidher li huwa parti mill-qoxra minn dak li wieħed jista’ jispekula.
Dan se jkun il-ħames ktieb miktub minnu.
Intom eċċitati għall-proġett il-ġdid tiegħu?
Facebook/Gerard James Borg