Illum Huwa Għeluq Snin Angie Laus!

Waħda mill-aktar figuri popolari u maħbubin fost il-Maltin, Angie Laus, illum qed tagħlaq sninha. Hi twieldet fil-31 ta’ Marzu tal-1975 fil-Pietà. Fl-1999 iżżewġet lil Duane Laus; flimkien għandhom tifel jismu Mick.

L-ewwel esperjenza tagħha bħala ko-preżentatriċi kienet fl-1998 fil-programm Ġenn, fejn dehret ma’ Alfie Fabri, Valerie Vella, Natalie Attard u Brian James. Aktar tard, fl-2003, ħadmet bħala produttur fuq Hollywhoops, programm li kien juri żbalji u mumenti mhux mistennija li jseħħu waqt il-produzzjoni ta’ films u serje televiżivi, iżda li normalment ma jidhrux fil-verżjoni finali. Fl-2007 bdiet tippreżenta Ħadd Għalik, programm li xxandar kull nhar ta’ Ħadd u li sar sinonimu magħha.

Angie hija fan kbira tar-Re tal-Pop Michael Jackson.







Ritratti:

Facebook / Angie Laus

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI