Illum Huwa Għeluq Snin Il-Kantanta Lokali Cherylis

Illum huwa għeluq snin il-kantanta lokali tant maħbuba Cherylis Camilleri. Hi twieldet fit-28 ta’ Marzu tal-1995 u b’hekk illum hi għalqet 31 sena.

Ħafna jafuha bħala ‘Letizia’, karattru fis-sensiela popolari ‘D.R.E.A.M.S’, imma llum il-ġurnata Cherylis hija kantanta popolari ferm fix-xena lokali. Tagħmel parti minn ‘Dwett’, proġett li beda fl-2015 u rajnihom fil-‘Malta Eurovision Song Contest’ fl-2018 bil-kanzunetta ‘Breaking Point’. Ħadet sehem ukoll fil-Junior Eurosong tal-2009.

Fl-2021 rajna lil Cherylis tipparteċipa u tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Nifs’. Cherylis kienet ukoll irrapreżentat lil Malta fir-Rumanija f’festival prestiġġjuż fejn kisbet it-tielet post.

Nawguraw lil Cherylis ġurnata mill-isbaħ u aktar suċċessi fil-karriera mużikali tagħha!







Ritratti:

Facebook / Cherylis Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI