Bix-xieraq li llum nawguraw l-isbaħ xewaqt lil Fr. Hilary Tagliaferro f’jum għeluq sninu. Il-fundatur tal-Millenium Chapel illum għalaq 87 sena.
Aktar kmieni din is-sena, Fr. Hilary ċċelebra wkoll għeluq is-63 sena minn meta ġie maħtur bħala saċerdot, eżattament fit-22 ta’ Marzu tal-1958.
Ħafna persuni bagħtu l-awgurju tagħhom lil Fr. Hilary fuq il-paġna tal-Millenium Chapel. Awguri mill-qalb Fr. Hilary!