Illum Huwa Jum Għeluq Snin Leonard Callus – Xandar Tal-Aħbarijiet Għal Numru Ta’ Snin Fuq TVM

Illum qiegħed jiċċelebra għeluq sninu Leonard Callus, li għal snin twal konna nafuh bħala xandar.  Kien jaqra l-aħbarijiet fuq l-istazzjon nazzjonali TVM għal tant snin. Fuq il-midja soċjali hemm xi filmati mill-arkivji tiegħu jaqra l-aħbarijiet fosthom il-ħatra ta’ Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru lura fl-1987.

L-eks xandar lokali huwa mwieled fis-Siġġiewi fis-sena 1952, għalhekk illum qed jiċċelebra t-73 sena tiegħu.





Leonard għandu lit-tifel tiegħu Ryan Callus bil-kariga ta’ membru parlamentari. Ryan jiktiblu messaġġ fuq il-midja soċjali flimkien ma’ ritratt mill-isbaħ, “Nawguraw f’għeluq sninu lin-nannu tagħna Len. Dejjem hemm, preżenti għall-familja tagħna. Nawguralek dejjem ferħ u saħħa.”

Nittamaw li din tkun ġurnata speċjali għal Leonard u għall-familja tiegħu! Awguri kbira!



 Youtube / Aħbarijiet 1987

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI