Illum Huwa L-35 Anniversarju Ta’ The Phantom Of The Opera

Hemm produzzjoni teatrali aktar famuża minn The Phantom of The Opera? Probabbilment le, għax din il-produzzjoni tant popolari tibqa’ waħda mill-aktar li għandha nies li jattendu ta’ kull sena.

Fid-9 t’Ottubru tal-1986, il-produzzjoni ta’ The Phantom of the Opera fetħet fil-Her Majesty’s Theatre u b’hekk illum din il-produzzjoni għlqet 35 sena!

Il-produzzjoni hija musical b’mużika ta ’Andrew Lloyd Webber. 

L-istorja hi fuq sopran sabiħa, Christine Daaé, li ssir l-ossessjoni tal-ġenju mużikali misterjuż u mgħotti b’maskra li jgħix fil-labirint ta’ taħt l-art taħt il-Paris Opera House.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI