Il-mewta ta’ Renald Falzon kienet ta’ xokk għal ħafna! L-eks-Sindku ta’ Ħal Qormi kien maħbub immens, kien raġel rispettat li dejjem ħadem għal ġid tal-komunità iżda sfortunatament il-virus tal-Covid-19 wassal għal tmiem ħajtu.
Illum huwa għeluq sninu u f’dan il-jum diversi nies fakkru l-memorja għażiża tiegħu. Henry Zaffarese, li jiġi ħu l-mara ta’ Renald qasam numru ta’ ritratti u messaġġ tassew mill-isbaħ b’dedikazzjoni għalih.
Hu jgħid, “Memorji sbieħ li qattajna flimkien għażiż Renald Falzon. Illum huwa l-ewwel jum tal-Birthday tiegħek li mhux ha tkun magħna, kieku konna niltagħqu bħala familja u niċċelebrawh flimkien.”
Hu jkompli jżid, “Iżda hu ħsiebna mil-ġenna u żomm idejk fuq oħti u fuq it-tliet uliedek u fuq il-familja tagħna kollha. Awguri. Strieħ fis-sliem Renald Falzon. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”
Aħna f’isem Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u nitolbu li l-familja ssib il-kuraġġ li għandha bżonn! Strieħ fis-sliem Renald!