Illum Huwa L-Jum Internazzjonali Fejn Tista’ Tiekol Dak Li Trid!

Illum il-11 ta’ Mejju id-Dinja tiċċelebra l-Jum Internazzjonali li tiekol li trid. Dan ifisser li huwa l-jum fejn ninsew id-dieta u nieklu l-aktar ikel favorit tagħna.

Ilkoll nafu kemm id-dieti jistgħu jkunu restrittivi, u ħafna adattaw dieta biex jidhru aħjar qabel jibda s-Sajf, iż-żmien meta l-aktar nuru ġisimna. Iżda din il-ġurnata sservi bħala pawsa.

Studju wera liema ikel n-nies jagħżlu biex jieklu ta’ kuljum jekk ma jkollhomx għalfejn jinkwetaw dwar il-konsegwenzi:

#1: Pizza (13%)

#2: Għaġin (12%)

#3: Burgers (11%)

#4: Ġelat (11%)

#5: Tacos jew burritos (9%)

#6: Ċikkulata (9%)

#7: Ċips (9%)

#8: Doughnuts (7%)

#9: Kejk (6%)

#10: Crisps (5%)

#11: Ġobon (4%)

#12: Cookies (4%)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI