Illum qed niċċelebraw il-Jum Internazzjonali li Taqra Ktieb, li jiġi kull 6 ta’ Settembru. Sfortunatament bl-avvanz tat-teknoloġija, il-kotba qed jiġu mwarrba f’ħajjitna u għalhekk ġranet bħal-lum jgħinuna niftakru fl-importanza tal-kotba.
Il-kotba jġibu l-ħajja għal dinjiet ġodda, jgħallmuna u wkoll jiħduna fuq avventuri eċċitanti. Il-kotba istgħu jisfidaw il-perspettivi u l-għarfien tagħna aktar minn kwalunkwe tip ieħor tal-midja.
F’ġurnata bħal din, tkun idea eċċellenti li tibda taqra ktieb ġdid jew terġa’ lura għal ktieb li kont bdejt. Forsi jkun ideali wkoll jekk f’din tmiem il-ġimgħa, iżżur il-librerija lokali tiegħek jew tfittex online ktieb ġdid li jista’ jerġa’ jqanqal l-interess tiegħek fil-qari.