Illum Huwa Meqjus Bħala L-Jum Internazzjonali Tal-Kartolini Tal-Milied!

Kartolini Awguri għall-Milied

Illum huwa magħruf bħala l-Jum Internazzjonali tal-Kartolini tal-Milied! Min jaf kemm hawn min jibda jlesti l-kartolini biex jibgħathom, speċjalment it-tfal biex jagħtu waħda lil xulxin.



Għalkemm sfortunatament m’għadhomx popolari ħafna, il-kartolini tal-Milied ilhom parti essenzjali mill-Milied għal sekli sħaħ.



L-ewwel kartolina tal-Milied irreġistrata intbagħtet fl-1611 fir-Renju Unit, madankollu l-ewwel kartolini kummerċjali tal-Milied saru fl-1843 fir-Renju Unit ukoll.

L-ewwel kartolina tal-Milied kellha tpinġija ta’ familja tiekol ikla tal-Milied.

Fl-1910, il-kumpanija Hallmark fetħet il-bibien tagħha u nediet il-kartolina moderna tal-Milied bil-qisien li għadna nużaw sal-lum.

Int għadek tibgħat kartolini lill-familjari u ħbieb?



Ritratti:

Facebook/ Abbatini Karmelitani Santa Venera

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI