Permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu, Alex Spagnol awgura lill-mara tiegħu Annabell f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Illum il-ġurnata tiegħek, għażiża marti! Jien nixtieq ngħidlek li l-ħajja mhix dejjem perfetta imma l-fatt li għandi lilek miegħi jfisser li kollox jinħass iżjed faċli u speċjali. Grazzi tal-imħabba li tagħti fil-kwiet u bi profondita`, talli tibqa’ wieqfa miegħi matul il-ġranet sbieħ u dawk diffiċli. Ma ngħidhiex biżżejjed, imma vera nħossni grat għalik. Inħobbok – dejjem.”
Żied jgħid, “Awguri f’għeluq sninek qalbi.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ u li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha!
Facebook / Alex Spagnol