Illum, il-Knisja tfakkar it-tifkira liturġika taż-Żwieġ Qaddis ta’ Marija Dejjem Verġni u San Ġużepp, għaqda mqaddsa mibnija fuq il-grazzja, il-fedeltà u l-ubbidjenza sħiħa għar-rieda ta’ Alla.
F’messaġġ imqassam minn Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina, din it-tifkira tfakkarna fil-ħajja ġo Nazaret, fejn il-familja ssir spazju ta’ qdusija, servizz u mħabba, xhieda siekta iżda profonda tal-preżenza ta’ Alla fid-dinja.
Il-messaġġ jenfasizza wkoll it-talb sabiex, bl-interċessjoni ta’ Marija u Ġużeppi, iż-żwiġijiet u l-familji jkunu msaħħa fil-fedeltà, imqaddsa fl-imħabba u mibnija fuq il-paċi ta’ Kristu.
Talba li tkompli ssejħilna biex inħarsu lejn il-familja bħala vokazzjoni u pedament spiritwali fil-ħajja Nisranija.
Facebook / Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina