“Illum Il-Knisja… Tfakkar Iż-Żwieġ Qaddis Ta’ Marija Dejjem Verġni U San Ġużepp” – Arċikonfraternita’ Ta’ San Ġużepp Rabat Tal-Imdina

Illum, il-Knisja tfakkar it-tifkira liturġika taż-Żwieġ Qaddis ta’ Marija Dejjem Verġni u San Ġużepp, għaqda mqaddsa mibnija fuq il-grazzja, il-fedeltà u l-ubbidjenza sħiħa għar-rieda ta’ Alla.

F’messaġġ imqassam minn Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina, din it-tifkira tfakkarna fil-ħajja ġo Nazaret, fejn il-familja ssir spazju ta’ qdusija, servizz u mħabba, xhieda siekta iżda profonda tal-preżenza ta’ Alla fid-dinja.

Il-messaġġ jenfasizza wkoll it-talb sabiex, bl-interċessjoni ta’ Marija u Ġużeppi, iż-żwiġijiet u l-familji jkunu msaħħa fil-fedeltà, imqaddsa fl-imħabba u mibnija fuq il-paċi ta’ Kristu.

Talba li tkompli ssejħilna biex inħarsu lejn il-familja bħala vokazzjoni u pedament spiritwali fil-ħajja Nisranija.







Ritratti:

Facebook / Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI