"…Illum Il-Pandemija Qed Titfa' Ħafna Miljuni Fil-Qgħad U L-Faqar" – Il-Ministru Evarist Bartolo

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo ta’ kuljum itella’ ħsiebijiet differenti fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, li mhux dejjem ikunu politiċi iżda anke bi ħsieb dwar il-ħajja, in-natura u dak kollu li għaddej madwarna.

Illum kiteb dwar li 75 sena ilu spiċċat it-tieni gwerra dinjija li ħalliet mal-85 miljun ruħ mejta iżda anke dwar dak li għaddejjin minnu attwalment.





Minn hemm twieldet il-Ġnus Magħquda li l-għan tagħha kien li taħdem għall-paċi u s-sigurtà fejn kull pajjiż, inkluż dawk żgħar jiġu stmati daqs dawk kbar. “Il-Ġnus Magħquda tirnexxi skont kemm iriduha l-membri tagħha, il-pajjiżi tad-dinja, imma l-iżjed dawk li għandhom dejjem post fil-Kunsill tas-Sigurtà u b’vot wieħed jistgħu jwaqqfu kulma jridu: Franza, il-Federazzjoni Russa, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u c-Cina,” tenna l-Ministru Bartolo.

Illum qed naffaċċjaw pandemija li mhux biss infettat il-miljuni imma wkoll kissret l-ekonomiji, u tefgħet miljuni ta’ nies fil-qgħad u l-faqar.

Insista li illum hemm bżonn “il-Ġnus Magħquda iżjed minn qatt qabel għax l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jsalva mit-tibdil fil-klima, mill-qerda tal-ambjent, mill-gwerer tradizzjonali u dawk ‘cyber’, mill-kriminalita` internazzjonali organizzata, mill-armamenti nukleari u r-razziżmu, id-diskriminazzjoni u d-diżugwaljanza kbira li għadha teżisti.”

Kliem mirqum u li jolqot lil ħafna. Għadna qas nistgħu nimmaġinaw kemm batew nies matul il-pandemija tal-Covid-19. Inkomplu nagħmlu kuraġġ u fejn nistgħu ngħinu lil xulxin!

Ritratt: Facebook/ Evarist Bartolo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI