“Illum Insellmu Wkoll Lil Dun Ġużepp Busutill Li Miet 12-Il Sena Ilu, Fl-1 Ta’ April 2014” – St. Julian’s Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, St. Julian’s Malta sellmu l-memorja ta’ Dun Ġużepp Busuttil li ħalla din id-dinja 12-il sena ilu.

Huma qalu, “Illum insellmu wkoll lil Dun Ġużepp Busutill li miet 12-il sena ilu, fl-1 ta’ April 2014. Dun Ġużepp kien ordnat saċerdot fis- 7 ta’ April 1962 ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt u qaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu flimkien ma’ Mons. Dun Ġwann Galea fil-parroċċa ta’ San Ġiljan fil- 5 ta’ Awwissu ta’ 1962. Il-kappillan ta’ dak iż-żmien kien Dun Guido Calleja.”

Żiedu, “Dun Ġużepp twieled fil-parroċċa tas-Sagro Cuor f’Tas-Sliema fis-6 ta’ Novembru, 1937 u traba ġo familja numeruża u kellu seba’ t’aħwa. Ftit wara l-gwerra, eżattament fl-1946, hu flimkien mal-familja tiegħu ġew joqgħodu f’ Telgħet Birkirkara ġo San Ġiljan fejn baqa’ jgħix flimkien ma’ ħutu sa l-aħħar jiem tal-ħajja tiegħu.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI