Illum huwa jum għeluq snin waħda mill-preżentaturi tal-programm Gadgets, Rachel Cachia.
Il-maħbub tagħha, l-MP Alex Muscat, bagħat jawguralha fuq il-paġna tiegħu, fejn bagħtilha bewsa mingħandu u mingħand it-tifla Eva.
Il-ħabiba kbira tagħha Martina Zammit, li jaħdmu wkoll flimkien fin-negozju tagħhom, ukoll bagħtitilha messaġġ ta’ awgurju. “Jien nikkunsidra lili nnifsi xxurtjata li r-relazzjoni tagħna fin-negozju hija primarjament mibnija fuq ħbiberija kbira.”
Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lil Rachel l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninha.
Facebook / Rachel Cachia / Alex Muscat