Illum Jagħlaq Sninu Tonio Vella – Awguri Mill-Qalb

Illum jaħbat jum għeluq snin Tonio Vella, magħruf ukoll bħala l-Majsi.

Tonio huwa attur bravissimu li rajnih f’diversi serje televiżivi, kif ukoll f’reċti differenti fuq il-palk. Kummiedja televiżiva popolari ħafna mal-Maltin hija l-Avukat Gawdenz Bilocca, fejn f’din Tonio kellu l-parti tal-Kappillan li dejjem kien jispiċċa vittma tal-Avukat Gawdenz.

L-aktar parti li huwa magħruf għaliha hija dik tal-Majsi u nistgħu ngħidu li kull min segwa lil Majsi fuq it-televixin u anke fuq il-palk, żgur qatta’ s-serata jidħak.

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Tonio Vella l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninu.

Facebook / Tonio Vella







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI