Il-Membru Parlamentari Ivan Bartolo kiteb dwar parti mill-identità Maltija, l-Innu Malti, li tant għandna għalxiex inkunu kburin bih.
Ivan ifakkar kif 103 snin ilu dan l-innu tagħna tkanta għall-ewwel darba, fuq kitba tal-maħbub, Dun Karm Psaila.
“Illum jaħbat il-103 snin minn mindu nkiteb l-Innu Malti. Forma ta’ talba, fejn Dun Karm Psaila jħares lil din il-gżira mżejna bi ġmiel naturali. Jitlob sabiex jagħti l-għerf lil min imexxiha, filwaqt li-Sid ikollu ħniena ma’ min iħaddem, u l-ħaddiem ikollu s-saħħa.”
Ivan ikompli, “Fl-aħħarnett jitlob l-għaqda u s-sliem bejnietna Maltin u Għawdxin. L-isbaħ ħsieb għal Ġustizzja Soċjali li nfakkruha ħmistax oħra. Minn dakinhar li nkiteb pajjiżna nbidel qatiegħ.”
Xerred anke ritratt li juri koppja tal-lirika tal-Innu Malti bil-qari tal-mużika b’kollox.
Facebook/ Ivan Bartolo