Niftakruh fuq X Factor Malta fejn kien fil-kategorija tal-boys immexxija minn Ray Mercieca fit-tieni staġun ta’ X Factor Malta. Wara l-avventura tiegħu f’dan il-programm Dav.Jr kompla joħroġ il-materjal oriġinali tiegħu bħal ma kien jagħmel qabel daħal għal dan il-programm.
Ftit snin wara ngħaqad mal-band lokali The Busker u kmieni din is-sena rnexxielhom jirbħu dritt li jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kanzuentta Dance (Your Own Party). Kanzunetta li għalkemm ma rċevitx ir-riżultat li kien ħaqqha, xorta waħda baqgħet popolari mal-Maltin.
F’għeluq sninu l-membri tal-band jiktbu, “Nawguraw lit-tifel stilla tagħna, il-frontman, dak li joħlom u l-aktar wieħed importanti fostna, l-aqwa f’għeluq sninu! Awgurawlu f’għeluq sninu fil-kummenti. Inħobbuk.”
Awguri Dav mit-tim kollu tagħna. Nawgurawlek ħafna affarijiet sbieħ, illum u dejjem.
Facebook / The Busker