Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Kantant Lokali Tristan B!

Illum hi l-ġurnata speċjali tal-kantant lokali Tristan B, magħruf ukoll bħala Immanuel Balzan. Matul l-aħħar snin nieda anke kanzunetti oriġinali tiegħu, b’messaġġi mill-qalb u b’kant mimli passjoni.

Immanuel kontinwament jesprimi kemm hu grat lejn kull jum li jgħaddi u lejn il-ħajja. Apparti li bit-talent tiegħu iferraħ lil ta’ madwaru, kontinwament jagħmel ċert li jgħin kemm jista’ jkun u jagħti l-kontribut tiegħu. 



tristan B ritratt



Ritratt: Facebook/ Immanuel Balzan

Ftit ilu hu tefa’ post b’ringrazzjament għall-Ħallieq. “Bdejt il-ġurnata tal-Birthday billi għidtlu Grazzi għal dawn it-48 sena, u jkompli jberikni u jgħini ngħix dejjem aħjar,” jikteb Immanuel. Bosta awgurawli fil-kummenti f’dan il-jum speċjali.

Immanuel jieħu ħsieb jawgura lil ħuh it-tewmi, fejn anke xerred ritratt tagħhom għall-okkażjoni.

Awguri mill-qalb Immanuel! Nixtiqulek ħafna snin ta’ saħħa, hena, suċċessi u kulma tixtieq qalbek!



Facebook/ Immanuel Balzan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI