Illum Jiġi Ċċelebrat Sherlock Holmes U D-Dinja Tal-Misteri Li Jiltaqa' Magħhom!

Illum niċċelebraw lill-investigatur privat l-aktar famuż fid-dinja, il-ħolqien brillanti ta’ Sir Arthur Conan Doyle, Sherlock Holmes. Kemm jekk int dilettant tal-kotba oriġinali, l-adattamenti tal-films, jew is-sensiliet tat-TV, din il-ġurnata hija perfetta biex tiċċelebra lil dan il-karattru! Iva, sewwa qrajtu karattru. Hemm ħafna jemmnu li dan kien jeżisti verament!

Għaliex illum? It-22 ta’ Mejju, niċċelebraw il-ġurnata ta’ twelid l-awtur innifsu – Conan Doyle. U x’hemm aħjar milli tonora l-memorja tiegħu billi tgħaddi ftit ħin ma’ Sherlock, Watson u l-pipa famuża tagħhom?

Hawn xi suġġerimenti biex tidħol fl-ispirtu ta’ dan il-jum:

  • Aqra novella bħal The Hound of the Baskervilles jew A Study in Scarlet.
  • Organizza logħba ta’ “murder mystery” mal-ħbieb.
  • Jew segwi xi episodju ta’ Sherlock u ipprova asal għas-soluzzjoni qabel ma jagħmel dan hu!

Ftakar li meta tkun eliminajt kull ħaġa possibbli, dak li jibqa’, minkejja kemm kapaċi jkun imposibbli, jista’ jkun veru!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI