"Illum Jibda Vjaġġ Ta' Sfida U Mill-Isbaħ Għal Tliet Snin" – Pass Ġdid Għal Michela Galea

L-attriċi u kantanta Michela Galea lbieraħ żvelat vjaġġ ġdid li fil-fatt beda llum fil-karriera tagħha. Hi ser tkun qed tirritorna lura l-Università din id-darba għal kors ġdid – Masters tal-Arti fl-Istudji Teatrali.

Michela diġà hi artista mimlija esperjenza u talent, u ninsabu ċerti li esperjenza bħal din ser tkompli tgħinha tilħaq aktar suċċessi fil-karriera. “Illum jibda vjaġġ ta’ sfida u mill-isbaħ għal tliet snin. Bħal ma dejjem ngħid, qatt tieqaf tipprova, qatt taqta’ qalbek u l-iktar importanti, qatt tieqaf temmen fik innifsek.”

Il-kantanta u attriċi tieħu l-opportunità biex tuża din l-aħbar bħala kuraġġ għal ħaddieħor li forsi jixtieq jipprova affarijiet ġodda f’ħajtu. Minn qalbna narguraw lil Michela kull suċċess!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI