Illum Jidher Li Ħa Jerġa' Jkollna Żieda Fil-Każijiet – Noqogħdu Attenti!

In-numri uffiċjali bħal dejjem joħorġu għan-nofs siegħa iżda Frank Portelli u l-paġna ta’ Facebook Gerald Fenech Covid19 News Updates ġa ħarġu kemm wieħed għandu jistenna persuni pożittivi mit-testijiet li ttieħdu fl-aħħar 24 siegħa.





L-indikazzjonijiet huma li hemm seba’ persuni li nstabu pożittivi. Jekk dan hu minnu u ma hemm ebda każ ta’ fejqan, mela dan ikun ifisser li n-numru ta’ każijiet pożittivi qabel it-30. L-RFactor jidher li għadu taħt il-wieħed, iżda ż-żieda tan-numri għandha tkun twissija. Twissija biex nieħu ħsieb, nilbsu l-maskri jew il-visors u nimxu mar-regoli tas-saħħa pubblika.



Ejjew nibqgħu nħarsu s-saħħa ta’ xulxin ħalli bil-ftit sforz ta’ kulħadd, nerġgħu naraw dak in-numru nieżel.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI