Illum Jiġi Ċċelebrat Il-Jum Dinji Tal-Għaġina!

Pastry Apple

Il-Jum Dinji Tal-Għaġina (The International Pastry Day bl-Ingliż), jiġi ċċelebrat kull sena fid-9 ta’ Diċembru.

Huwa jum iddedikat għal dawk li l-hena tagħhom joħolqu deżerti, u ħlewwiet magħmulin bl-għaġina. Minn riċetti li jisru d-dar għal riċetti aktar professjonali.



Kulħadd juża din l-okkażjoni biex japprezza l-ħila, il-kreattività u l-passjoni li hemm wara kull ħlewwa.



It-tisjir bl-għaġina mhux biss dwar it-togħma, iżda wkoll dwar id-disinn, il-preċiżjoni u l-mod kif deżerta toħloq esperjenzi sbieħ.

F’dan il-jum speċjali, ħafna ħwienet tal-ħelu u kċejjen madwar id-dinja jippreżentaw prodotti ġodda, jagħmlu dimostrazzjonijiet, jew iqassmu r-riċetti favoriti tagħhom biex jispiraw lill-komunità.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI