Sibt il-Għid huwa jum speċjali ħafna fil-kalendarju Nisrani. Huwa jum ta’ kwiet u stennija, bejn it-tbatija tal-Ġimgħa l-Kbira u l-ferħ tal-Ħadd tal-Għid. F’dan il-jum, il-Knisja tibqa’ f’ atmosfera riflessiva, hekk kif tfakkar fil-mewt ta’ Ġesù u tistenna l-qawmien tiegħu.
F’Malta u Għawdex, dan il-jum għandu atmosfera partikolari. Filgħodu jkun wieħed kalm, iżda filgħaxija tibda tiġi ċċelebrata l-Velja tal-Għid – waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet importanti tas-sena liturġika.
Din il-velja tibda fid-dlam bħala simbolu tal-mewt u s-skiet, iżda ftit ftit tinbidel f’dawl u ferħ. Jinxtegħel in-nar, jitqassam id-dawl tax-xemgħat, u l-knejjes jimtlew b’sens qawwi ta’ tama u bidu ġdid.
Tradizzjoni oħra marbuta ma’ dan il-lejl hija d-daqq tal-qniepen u l-kant allegru li jħabbru li l-Ħadd tal-Għid wasal. F’ħafna lokalitajiet, dan ikun mument li jqanqal emozzjonijiet sbieħ u sens ta’ għaqda fost il-komunità. Sibt il-Għid ifakkarna li wara kull perjodu diffiċli, dejjem jasal mument ta’ dawl u tama u għalhekk m’għandna qatt naqtgħu qalbna.