“Illum Jum Għeluq Il-50 Sena Tiegħi. Nofs Seklu… Se Nqatta’ L-Ġurnata Mal-Għażiża Familja Tiegħi” – Adrian Ir-Russu Brincat

Adrian irrussu brincat idoqq

Illum jiċċelebra għeluq sninu Adrian ir-Russu Brincat, il-mużiċist lokali magħruf għad-daqq tat-trumbetta. Lil Adrian żgur li niftakruh f’programm televiżivi kif ukoll diversi avvenimenti mużikali.

Propju fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Adrian u martu ċċelebraw jum għeluq snin binhom Maximillian. Dan ifisser li l-missier u l-iben jagħlqu żmienhom fl-istess xahar.

Adrian esprima ringrazzjament għal kull min awguralu f’dan il-jum.

“Illum jum għeluq il-50 sena tiegħi. ‘Nofs Seklu’. Grazzi lilkom ilkoll talli ħsibtu fija u bgħattuli l-awgurju f’għeluq snini. Se nqatta’ l-ġurnata mal-għażiża familja tiegħi.”

It-tim ta’ Gwida.mt jawguralek Adrian! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ritratti:

Facebook/ Adrian Irrussu Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI