Ivan ifakkar jum mill-isbaħ f’ħajtu, hu jgħid, “Kien 1 ta’ Ottubru 1993 meta kont ferħan għax sa niżżewweġ, sa nippjana għall-familja , fuq l-artal jgħid il-kelma li nibqgħu flimkien fit-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u saħħa… Imma id-destin kien mod ieħor.”
Hu jkompli jispjega, “Illum kieku nagħlaq 28 sena miżżewweġ ma’ marti Rita. Għalkemm iż-żwieġ tagħna dam 14-il sena però nħossni kuntent li għalkemm batejna minn dan kollu, għax id-destin kien differenti, illum kuntent xorta li nissejjaħ missier u xorta bqajt nirrispetta lil ex-marti.”
Fl-aħħar jagħlaq bil-kliem, “Dejjem din ngħid lil kull min ikun qed jinfiered, ibqa’ f’kuntatt tajjeb ma’ martek jew żewġek, għax hekk ma jbatu qatt it-tfal. Ma kienx żmien faċli lanqas xejn, imma fil-ħajja nitgħallmu aħna mill-esperjenza u ma ridt lil ħadd ikollu l-istess destin tqil.”
Messaġġ mill-isbaħ u ħiereġ tassew mill-qalb!
Facebook / Ivan Gaffiero