Illum bħal ħafna familji oħrajn Miriam Dalli ċċelebrat il-Preċett ta’ binha Jack.
Bosta familji qed jiċċelebraw dan il-mument. Wara dak kollu li għaddejna minnu ċertament li din hi ġurnata speċjali aktar minn qatt qabel meta tqis li ħafna ġenituri ħasbu li din is-sena mhux ser ikollhom l-esperjenza ta’ dan il-pass importanti ta’ uliedhom.
“Illum hija ġurnata speċjali għalina bħala familja. It-tfal jikbru malajr u propju llum wasal il-Preċett ta’ Jack” kitbet Miriam Dalli.
Awguri lil Jack u lit-tfal kollha f’dan il-pass sabiħ!