Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Kim, li issa spiċċat it-trattament wara 6 snin.
Huma qalu, “Is-sena l-oħra Kim qaltilna li xtaqet tfieq, għax kienet ilha 6 snin għaddejja bit-trattament. Illum Kim spiċċat it-trattament u tinsab ferħana għax tista’ tgawdi l-iskola bħat-tfal l-oħrajn. Kim u l-familja tagħha se jkunu magħna fil-Ġimgħa l-Kbira jistennew it-telefonata tiegħek. Grazzi li fit-3 t’April se tingħaqad mal-familja ta’ Puttinu sabiex inti wkoll tappoġġja lil Kim u tfal oħra jfiqu. Grazzi.”
Kemm ninsabu kuntenti għalik, Kim! Ejja nhar il-Ġimgħa l-Kbira naħsbu f’Puttinu.