Frank Zammit huwa l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Qabel ma laħaq, quddiem il-Parlament Malti kien wiegħed li jekk jingħata l-kariga ma xtaqx biss li jkun bi rwol ċerimonjali iżda wkoll organizzattiv. U hekk għamel.
Wettaq diversi ħidmiet li forsi qajla nkunu nafu bihom iżda tajjeb infakkru li kien mexxa l-proġett sabiex ġew esibiti f’Malta 25 dokument storiku mill-Arkivju Sigriet tal-Vatikan.
U xi ngħidu għall-Presepju Malti fil-pjazza tal-Vatikan; li kienet l-ewwel u l-unika darba li l-presepju tal-Milied ma sarx minn xi stat ieħor Taljan. Din kienet ħidma ta’ Frank Zammit. Kellu wkoll sehem meta l-Papa Franġsiku kien se jżur pajjiżna.
J’Alla din l-opportunità ma tintilifx. Frank baqa’ umli u l-hena tiegħu jitkellem man-nies dwar l-istorja tal-Vatikan. Min-naħa tiegħu, kull fejn jattendi fid-diversi okkażjonijiet marbuta mal-Vatikan, isem Malta dejjem isemmieh bil-qalb.

Ritratt: Facebook/ Frank Zammit
Illum nawgurawlek Frank!
Ritratt: Facebook/ Frank Zammit