Illum L-Erbgħa Tal-Irmied Fejn Nagħtu Bidu Għar-Randan – X'Ħa Jkun Is-Sagrifiċċju Tiegħek?

L-Erbgħa tal-Irmied jimmarka l-bidu tar-Randan, perjodu ta’ 40 ġurnata ta’ riflessjoni, sawm u talb li jwassal għall-Għid il-Kbir, l-ikbar festa fil-Knisja Kattolika. F’din il-ġurnata, il-Knisja Kattolika tagħmel ċelebrazzjonijiet speċjali fejn il-qassisin jimmarkaw ras il-fidili b’salib bl-irmied bħala sinjal ta’ ndiema u tiġdid spiritwali.

L-irmied, li ġeneralment jiġi mill-friegħi tal-Palm tas-Sibt il-Għid tas-sena ta’ qabel, jirrappreżentaw il-fraġilità tal-ħajja u s-sejħa għall-konverżjoni. Il-kliem “Indmu u emmnu fil-Evanġelju” jew “Ftakar li trab int u fit-trab terġa’ ssir” jingħadu waqt li l-irmied jitqiegħed fuq il-persuna.

Tul ir-Randan, dawk li jemmnu huma mħeġġa jsumu, jagħmlu opri tajba u jersqu aktar lejn Alla permezz tat-talb. Għal ħafna nies, dan huwa żmien ta’ sfida iżda wkoll ta’ żmien spiritwali, fejn jistgħu jikkontemplaw il-messaġġ tal-Għid u jfittxu li jtejbu ħajjithom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI