Huma mumenti tant sbieħ meta Puttinu Cares iħabbru li jkun hemm suċċess fil-kura ta’ wħud mill-pazjenti.
“Illum Lucas, li għandu biss sentejn, daqq il-qanpiena biex jimmarka t-tmiem b’suċċess tal-kura tiegħu tal-lewkimja. Int tant ħelu, dejjem taqsam ferħ, tbissim u mħabba. Tant pur, innoċenti, u tant ċkejken, iżda tgħallimna lkoll lezzjoni tant qawwija…”
Il-messaġġi li jxerrdu dawn l-avvenimenti huma kemm fit-tbatija dejjem hemm tama u mħabba. Puttinu jawgura lil Lucas ħafna saħħa, u ħafna snin ta’ ferħ fil-futur.
Huwa tant emozzjonali l-mument meta jdoqq il-famuża qanpiena li turi suċċess. Kuntenti għalik ċkejken Lucas!