"Illum Ma Għannaqtekx Mieghi…" – Il-Ministru Justyne Caruana F'Għeluq Snin Missierha L-Għażiż

Sfortunatament ġimgħa ilu ingħatat l-aħbar li missier il-Ministru Justyne Caruana, Paul John Caruana, mar għal ħajja ta’ dejjem. Kieku llum jagħlaq sninu u ċertament li l-qraba tiegħu se jħossu t-telfa tiegħu aktar u aktar.

F’sentenza waħda Justyne awguratlu f’għeluq sninu kif ukoll mill-ġdid fakkret il-memorja tiegħu. Memorja prezzjuża meta f’dan il-jum kienet bla dubju żżuru, tgawdieh u ttih tgħannieqa speċjali għall-okkażjoni. Sfortunatament din is-sena s-sitwazzjoni hi differenti u ma tistax tħaddnu magħha.





Aħna minn Gwida.mt mill-ġdid nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Paul, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem u awguri fil-ġenna għażiż. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI